Oliver Scicluna qasam xi ħaġa mill-ħajja personali tiegħu, li maż-żmien beda jħares lejha minn lenti differenti. Aktar ma kiber aktar ħaseb dwar dak li jgħid ħaddieħor b’mod matur.
“‘Ara dan ir-raġel kemm hu żgħir’… Kemm smajta f’ħajti… Meta kont iżgħar u sensittiv weġġajt… Meta bdejt nikber bdejt nifhem… Issa oltre milli fimt u nidħak… Xi kultant int trid idawwar il-mod kif tħares lejk innifsek milli tipprova ddawwar id-dinja. Id-dinja prova dawwara f’affarijiet iżjed li jagħmlu sens, f’dan il-każ raġel żgħir jew kbir xorta raġel.”
Prosit Oliver! Int tassew ta’ ispirazzjoni għal ħafna!
Facebook/ Oliver Scicluna