Ara Għaliex Din In-Nanna Spiċċat Arrestata!

Ġewwa l-Ingilterra, ġewwa Manchester anzjana ta’ 93 sena spiċċat arrestata talli f’ħajjitha kienet dejjem mara tajba! Iva, sewwa qed taqra. Din l-anzjana għexet ħajja eżemplari u n-neputija tagħha tiddeskriviha bħala persuna b’qalb tad-deheb.

Josie Birds kellha xewqa waħda, dik li tiġi arrestata qabel ikun tard wisq. Riedet ikollha esperjenza li tibqa’ tiftakar u xtaqet tagħmel dan sakemm għad għandha s-saħħa. In-neputija irringrazzjat lil pulizija li għamlu din ix-xewqa tax-xwejħa realità.

Ritratt: Twitter / Pam Smith

F’kumment li taw il-pulizija, spjegaw li din it-talba kienet ftit stramba u differenti minn dawk li normalment jirċievu. Imma l-anzjana fil-famuża bucket list kienet niżlet li tixtieq tiġi arrestata u wara titieħed ġewwa għassa tal-pulizija. Xtaqet tesperjenza x’jiġifieri tkun fuq in-naħa ħażina tal-liġi.

Il-pulizija aċċertaw li waqt li dan kien qed iseħħ, il-ħidma tagħhom tkompliet u ma ġietx affetwata bl-ebda mod. Din it-talba mhix l-ewwel darba i saret hekk kif anzjana oħra, anzjana ta’ 104 uriet ix-xewqa li tkun arrestata mid-dar tal-anzjani li tgħix fiha. Din ix-xewqa wkoll saret reali.

Insomma naqa talba stramba. Int x’għandek miktub fuq il-famuża bucket list tiegħek?

Twitter / Pam Smith

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI