Waqt il-programm tagħhom, kemm Frank u anke Valentina qablu li Nate huwa l-aktar persuna antikwat bejniethom it-tlieta, għalkemm huwa ma kienx tal-istess fehema bħalhom.
Huma tkellmu wkoll fuq affarijiet li jġiegħluhom iħosshom antikwati. Nate qal li x-xogħol għadhom jużaw is-sistema li tiffirma meta jidħlu u joħorġu mix-xogħol. Frank qal li għadu joħroġ biex jixtri l-gazzetta, ħaġa li riċenti jidher li qed tinqata’ bil-mod il-mod. Fl-aħħar waslet Valentina u l-ħaġa li tħossha antikwata meta tagħmilha hija li tisma’ l-mużika permezz ta’ CD.
Liem ħaġa minn dawn taħsbu li l-aktar iġġiegħel lil xi ħadd iħossu antikwat?