ARA: "Se Jiksaħ… B'Temperaturi Madwar 5 U 6°C Inqas Mill-Medja Ta' Nofs Frar"

It-temp għal-lum l-10 ta’ Frar huwa temp li ħafna huwa għal qalbhom. Ħafna nies qed jgħidu kemm dan it-temp qed ifakkarhom fis-sajf peress li saħan sew.

Madanakollu it-temp għall-ġranet li ġejjin ser jinbidel. “Qed nistennew ġranet ta’ MALTEMP hekk kif firxa ta’ arja kiesħa mill-Artiku tidħol fiċ-ċentru tal-Mediterran fl-aħħar xahar tax-XITWA qabel ma tibda r-Rebbiegħa! Dan ifisser li mill-weekend li ġej, se jkollna ħalbiet tax-XITA u temperaturi FERM IKTAR KESĦIN milli kellna dan l-aħħar f’Malta u Għawdex!” jirrappurtaw Malta Weather.





It-temp Madwarna ikomplu javżaw li minn hawn u ftit jiem oħra t-temp ser jiksaħ f’daqqa. “Mewġa kiesħa Siberjana (mir-Russja) mistennija tibqa’ nieżla ‘l isfel sal-Libja u l-Eġittu u tinħass sew anke mill-gżejjer Maltin fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla, b’temperaturi madwar 5-6°C anqas mill-medja ta’ nofs Frar…”

X’taħsbu minn dan it-tbassir? Tajjeb jew ħażin?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI