Rita Pace Hi R-Rebbieħa Tad-49 Edizzjoni Ta’ L-Għanja Tal-Poplu

Dan il-lejl tħabbru r-rebbieħa tal-konkors L-Għanja tal-Poplu, li wasal fid-49 edizzjoni tiegħu. Ir-rebbieħa ġew imħabbra ukoll fuq il-paġna tal-Facebook tal-konkors. Rita Pace rebħet l-ewwel post, kif ukoll ġiet fit-tieni post bħala awtriċi.

“Fl-1 post: ‘Narakom L-Infern’ – Rita Pace (Rita Pace and Songwriter, Augusto Cardinali / Rita Pace). Fit-2 post: ‘Moħħi Mistrieħ’ – Mark Tonna (Rita Pace,  Andrew Zahra),” u “Fit-3 post: ‘Skuri u Ċari’ – Mark Spiteri Lucas u Mark Micallef Costa (kantawturi).”



Rita Pace TVMi



Ritratt: TVMi / L-Għanja Tal-Poplu

Ir-rebbieħa tal-kategoriji l-oħra kienu dawn:

“Premju tax-Xandara: ‘Ersaq ‘l Hawn’ – Kayley (Joe Julian Farrugia, Philip Vella; Premju Kantawtur: ‘Aħfirli’ – Daryl James; Premju Tema Soċjali: Peppi Azzopardi għal ‘Għad Għandha Erba’ Snin’ b’mużika ta’ Priscilla Psaila u nterpretata minn Grazziella Mifsud Schembri Vella; Premju Enzo Gusman għall-interpretazzjoni: Cherylis – ‘Inħobbok Wisq’ (Emil Calleja Bayliss, Peter Borg / Aleandro Spiteri Monseigneur / Matt ‘Muxu’ Mercieca / Cherylis Camilleri).”

Prosit kbira lil kulħadd!



Facebook / L-Għanja tal-Poplu

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI