Bħala appell lejn sidien ta’ klieb oħrajn, l-attivista Christa Cilia qasmet storja xejn pjaċevoli li għaddiet minnha llum hekk kif intilfitilha l-kelba tagħha u kellha tagħmel sigħat twal tfittixha sakemm fl-aħħar sabitha moħbija f’xelter.
L-attivista tispjega li meta l-klieb ikunu beżgħana, għandhom tendenza li jmorru jistaħbew f’postijiet bħal dawn sabiex iħossuhom siguri.
Kien għalhekk li appellat lil sidien oħrajn sabiex jekk isibu rwieħhom f’sitwazzjoni simili jfittxu b’mod partikolari f’postijiet bħal dawn.
Ritratti: Facebook / Christa Cilia