"Artist Brillanti U Ġentlom" – Tifkira Mill-Isbaħ Tal-Mibki Lino Grech Mill-Artist Malti Noel Attard

Lura f’Diċembru tal-2013, ix-xena lokali tilfet attur u artist bravissimu li ħoloq kif ukoll kien parti minn diversi produzzjonijiet li baqgħu imsemmija – Lino Grech.

Ma jonqosx li l-ewwel żewġ sensiliet li jibqa’ assoċċjat magħhom huma Simpatiċi u F’Baħar Wieħed. Fost l-oħrajn, il-karattru tas-Sur Callus jibqa’ wieħed li ma jintesa qatt. 

Ilbieraħ artist lokali bravissimu Noel Attard ħoloq tifkira mill-isbaħ ta’ Lino, qasamha fuq il-midja soċjali kif ukoll kiteb il-kliem, “Artist brillanti u ġentlom ta’ veru.”

Ngħidu Prosit kbira lil Noel, kif ukoll insellmu l-memorja għażiża ta’ Lino Grech.





Facebook/ Joe Julian Farrugia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI