Attenti! Għada Hu Mistenni Riħ Qawwi Ħafna! X’Qed Jiġrilu T-Temp!?

Milli jidher ġejja tagħna dil-ġimgħa, dal-lejl għamlet ix-xita u ġurnata sħiħa bis-sħab. Kważi qisna deħlin fix-xitwa... l-unika ħaġa li xorta għadna bis-sħana! Hemm ċans li anke ragħad ikollna din il-ġimgħa! Ara vera qegħdin sew ta’, anqas titwemmen li qiegħda f’nofs Lulju.

View this post on Instagram

A post shared by Valery Evstifeev (@vevstifeev) on Apr 23, 2019 at 12:51pm PDT

Skont il-paġna Malta Weather ir-riħ mistenni jilħaq forza 7 madwar Malta u Għawdex minn għada. Infatti avżaw biex ħadd ma jħalli karozzi pparkjati viċin tal-baħar għax malajr jispiċċaw fih. Avżaw ukoll biex kull min għandu xi dgħajjes żgħar f’bajjiet li ħa jkunu esposti aktar għar-riħ.

View this post on Instagram

A post shared by Tiziana Ferrero (@tizianaferrero69) on Nov 28, 2018 at 6:44am PST

F’dawn il-bajjiet wieħed ħa jilmaħ ukoll il-bandiera l-ħamra li turi li hu ta’ perikolu li tgħum f’dawn il-bajjiet. Għal dawk li jħobbu l-maltemp u r-riħ qawwi... għandna aħbar mhux daqshekk pjaċevoli! Dan kollu hu mistenni għal għada biss! Minn nhar l-Erbgħa kollox jirritorna għan-normal.

View this post on Instagram

A post shared by Panni Andráskó (@panniandrasko) on Oct 30, 2016 at 1:56am PDT

Ngħiduha kif inhi, dawk li jħobbu ftit maltemp ħa jkollhom tomgħa tiegħu fl-eqqel tas-Sajf! Dejjem aħjar mix-xejn! Mhux hekk!

Instagram / Pat Bugeja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI