Dawk kollha li għandhom kont ta’ Netflix u probabbli anke dawk li ma għandhomx dan l-aħħar irċevew xi email jekk mhux aktar minn waħda biex iħallsu jew inkella xi email li ma daħlux il-flus u jitlob xi dettalji.

Tajjeb li wieħed joqgħod attent għall-emails bħal dawn għax mhux qed jiġi minn Netflix iżda minn scammers tal-internet li jipprovaw jaraw kif ħa jisolħu lil dak li jkun u jisirquh b’xi kemxa tajba ta’ flus.
Meta tirċievi xi email, dejjem importanti li tara eżatt x’inhu l-email address u tivverifika l-affarijiet kollha qabel biss titħajjar li tgħaddi d-dettalji tiegħek. Ħafna servizzi bħal dawn l-informazzjoni titla’ fl-app stess.