ATTENTI! Numru Taparsi Mill-Bank Ċentrali Qed Jhedded Lin-Nies Biex Jgħatu Informazzjoni Personali

Sfortunatament hawn ħafna hackers li qed iċemplu jew jibgħatu lil ħaddieħor u jibdew jistaqsu n-nies għall-flus. Inti forsi tkun mingħalik li qed jibgħatlek xi ħadd professjonali, imma fil-verità tkun persuna oħra li qed tipprova tisirqek. 

U hekk qed jerġa’ jiġri. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ avviż li qed isiru telefonati u messaġġi li jippreżentaw ruħhom b’mod qarrieqi taparsi mill-Bank stess. 





Il-persuna wara din l-iscam qed tgħid lin nies li n-‘numru tal-kont jew informazzjoni personali oħra huma meħtieġa’ biex tissolva xi problema – b’mod partikolari marbuta ma’ theddida li timblokka l-credit card. 



Jekk tirċievi telefonati jew messaġġi, tgħaddix informazzjoni personali u minflok irraporta lil Bank Ċentrali ta’ Malta. Jekk jogħġbok xerred il-kelma ħalli nevitaw li jinsterqu n-nies. 

Facebook/Central Bank of Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI