ATTENTI: Veterinarju Bi Twissija Għal Virus Li Qed Joqtol Lill-Klieb F’Malta

Dr. Nikol Falzon, veterinarju tal-klieb f’Malta, għadu kif avża dwar il-Canine Parvovirus (CPV) li bħalissa qed jattakka lil klieb f’Malta. Dan il-virus għandu rata ta’ mewt għolja ħafna.

Liem klieb huma taħt riskju l-iżjed?

“Din il-marda tolqot klieb li:
– mhumiex imlaqqma bil-vaċċin (ġeneralment ġriewi)
– mhumiex imlaqqma kif suppost
– jinsabu taħt stress (klieb nisa tqal, għaddejjin mill-mestrwazzjoni, qattgħu ġurnata fix-xemx, jgħixu f’kundizzjonijiet mhux iġeniċi)
– huma vulnerabbli – għandhom kundizzjonijiet oħra eżistenti (speċjalment kondizzjonijiet immunosoppressivi)”

View this post on Instagram

A post shared by Atlas (@atlas.letulle) on Jul 18, 2020 at 10:11am PDT

Kif jiġi trasmess il-virus u x’inhuma s-sintomi?

“Il-virus jiġi trasmess mill-ħmieġ tal-klieb infettati. Meta klieb oħrajn ixxommu jew jilagħbu jew ikunu saħansitra viċin iż-żona kontaminata, it-trasmissjoni ssir inevitabbli. Il-virus ġeneralment joqgħod fl-imsaren tal-klieb u jikkawża dijarea bid-demm, rimettar, inappetenza, letarġija u possibilment deni.”

View this post on Instagram

A post shared by Oklahoma Alliance for Animals (@animalallianceok) on Jul 15, 2020 at 4:00pm PDT

Xi prekawzjonijiet għandna nieħdu għall-klieb tagħna?

“Huwa tajjeb li tieħu prekawzjonijiet (idealment is-sena kollha):
– Żgura li l-kelb tiegħek qed jieħu t-tilqima tas-sena
– Toħroġx il-kelb tiegħek barra jekk ma jkunx imlaqqam jew jekk m’intix ċert dwar it-tilqim tiegħu
– Evita żoni b’popolazzjoni għolja ta’ klieb jew żoni fejn il-klieb kollha jmorru jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom
– Tħallix lill-kelb tiegħek jilgħab jew jilgħaq iż-żraben li toħroġ bihom (il-virus jista’ jinġarr mal-qiegħ taż-żraben)
– Imsaħ il-paws tal-klieb tiegħek u ż-żoni anali”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI