Avvenimenti Kbar, B’Gost Garantit Għat-Tfal Tagħkom

Il-kor nazzjonali tat-tfal qed ifittex kantanti ġodda! Jekk għandek it-tifel jew it-tifla bejn 7 u 15-il sena din hi opportunità unika sabiex it-tfal ikunu parti minn avvenimenti popolari li ġejjin fil-futur. Dawn jinkludu kunċerti li jattiraw eluf inkluż kollaborazzjonijiet internazzjonali. Wieħed jista’ japplika biex jingħaqad ma’ dan il-kor billi jafgħas hawn.

Ritratt: Facebook / Malta National Children's Choir

Barra li t-tfal ikollhom opportunità unika, jitgħallmu u jitgħallmu jaħdmu flimkien bħala grupp. Dan jgħinhom jiżviluppaw diversi ħiliet. Barra minn hekk, it-tfal ikollhom iċ-ċans jiltaqgħu ma’ diversi personalitajiet lokali li jkunu parti mill-kunċerti li jiġu organizzati. Il-kor jiffoka fuq mużika li tinżel tajjeb immens mat-tfal.

Fost l-ispettakli li tellgħu dan l-aħħar snin kien hemm spettakli ta’ Disney, The Greatest Showman u f’Awwissu li ġej għandhom l-ispettakl Simba Meets Aladdin. Barra l-kunċerti, ikunu wkoll jistgħu jingħaqdu f’workshops li jgħinuhom isaħħu t-tagħlim tagħhom. Jekk tixtiequ t-tfal ikunu parti minn dan kollu, issa għandkom opportinità tad-deheb.

Facebook / Malta National Children's Choir

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI