Ilbieraħ waslet fi tmiemha rappreżentazzjoni oħra tant mistennija tal-play ta’ Simpatiċi, hekk kif din is-sena il-produzzjoni għalqet 25 sena. Rajna diversi karattri minn tal-bidu nett, fosthom l-Ispettur Leonard, interpretat minn Brian Farrugia, li esprima messaġġ ta’ gratitudni.
“Avventura oħra għaddiet ukoll… 25 sena involut bil-karattru ta’ Leonard fis-sitcom popolari Simpatiċi… Grazzi lill-udjenza li ġew jarawna u grazzi kbira lill-ħbieb sinċiera li dejjem ġew jarawni u jagħtuni s-sapport tagħhom… napprezza immensament.”
Prosit bħal dejjem lil Brian u lit-tim kollu involut!
Facebook/ Brian Farrugia