Illum, Janice Darmanin tiċċelebra għeluq sninha. Hi ppubblikat messaġġ fuq il-paġna tagħha biex tirringrazzja lil kull min awguralha f’din il-ġurnata speċjali.
Kitbet, “48. L-ewwel ħaġa... grazzi. Lil kull min bagħtli messaġġi, ċempilli, u awgurali f’għeluq snini, intom għamiltuli l-ġurnata speċjali u inkredibbli. Il-messaġġi għadhom deħlin s’issa u qed naqrahom kollha bi gratitudni.”
Żiedet tgħid, “Il-jum ta’ meta niċċelebraw għeluq is-snin tagħna, sar inqas dwar is-snin li jgħaddu u iżjed dwar il-barkiet li nirċievu. Ifakkarna li l-ħajja ma nkejluhiex bin-numri ta’ fuq il-kejk imma bin-nies li jimxu magħna, il-lezzjonijiet li tgħallimna, ir-reżiljenza li bnejna, u l-opportunitajiet li għadna qed niżviluppaw.”
Temmet kliemha, “Grazzi talli kontu parti mill-vjaġġ tiegħi.”
Awguri Janice!
Facebook / Janice Darmanin