“Avviż Importanti: Xogħolijiet Ta’ Manutenzjoni Tal-Mini Matul Il-Lejl” – Infrastructure Malta

Infrastructure Malta ħabbru xogħol ta’ manutenzjoni fuq erba’ mini maġġuri f’Malta. Wissew biex nippjanaw ir-rotta tagħna f’dawn il-ħinijiet fejn il-mini ser ikunu magħluqin.

Kitbu, “Avviż Importanti: Xogħolijiet ta’ manutenzjoni tal-mini matul il-lejl (10pm – 5am). Infrastructure Malta tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar xogħolijiet ta’ manutenzjoni fil-mini matul l-iljieli li ġejjin:”

Mini Tal-Qroqq: mit-Tnejn 6 sal-Ħamis 30 ta’ Lulju (esklużi l-Ġimgħa, s-Sibt u l-Ħadd)

Mini ta’ San Ġiljan: It-Tnejn 6 u t-Tlieta 7 ta’ Lulju, it-Tnejn 20 u t-Tlieta 21 ta’ Lulju

Mini ta’ Santa Venera: L-Erbgħa 8 u l-Ħamis 9 ta’ Lulju, l-Erbgħa 22 u l-Ħamis 23 ta’ Lulju

Mini ta’ Ħal Kirkop: L-Erbgħa 15 u l-Ħamis 16 ta’ Lulju, l-Erbgħa 29 u l-Ħamis 30 ta’ Lulju

Żiedu jgħidu, “Matul dawn l-iljieli, direzzjoni waħda tal-mina ser tkun magħluqa għal kollox, filwaqt li d-direzzjoni l-oħra se tintuża bħala 2-way. Fil-każ tal-mini ta’ Tal-Qroqq, il-vetturi se jiġu diretti lejn Skatepark / B’Kara Bypass. Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent li dan jista’ jikkawża u nħeġġuk tippjana r-rotta tiegħek minn qabel. Grazzi tal-kooperazzjoni.”

Ritratti:

Facebook / Infrastructure Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI