L-ERA qasmu mas-segwaċi tagħhom aħbar pożittiva. Wara dedikazzjoni u ħidma, erba’ fkieren li ġew salvati jinsabu lura f’saħħithom u għalhekk ġew rilaxxati lura fil-baħar.
Fuq il-paġna uffiċjali tal-ERA ġie miktub, “Wara riabilitazzjoni, erba’ fkieren ġew rilaxxati lura fil-baħar! Xixa, Lilly, Sandra u Mira ġew salvati wara li nstabu mweġġgħin minħabba skart fil-baħar, inkluż rkaptu tas-sajd mitluq. Grazzi għall-kura u r-riabilitazzjoni ddedikata ta’ Nature Trust Malta, u bl-appoġġ finanzjarju tal-ERA, irkupraw u setgħu jmorru lura fl-ambjent naturali tagħhom.”
Spjegaw ukoll, “Jekk issib fekruna f’diffikultà, irrapportaha lill-ERA jew lil Nature Trust Malta.”
Nirringrazzjaw lill-voluntiera kollha tal-ħidma tagħhom u talli qed jgħinu lil dawn l-annimali innoċenti.
Facebook / ERA – Environment & Resources Authority