Awguri sinċieri lil Mario Mangion, Arċipriet u membru fil-Kapitlu Ġorġjan, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu.
Fl-okkażjoni ta’ dan il-jum speċjali, inqasam ukoll filmat ħelu b’messaġġ iddedikat lilu minn żewġt itfal, li wasslu kliem mimli rispett u affezzjoni.
Fil-filmat deher ukoll il-mument sabiħ meta kantawlu Happy Birthday, fost atmosfera ta’ ferħ u apprezzament.
F’messaġġ ieħor li ttella’, intqal: “AWGURI. Nawguraw lil Kan. Mario Mangion, Arċipriet u membru fil-Kapitlu Ġorġjan, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Nirringrazzjawh tal-ħidma li qed iwettaq fostna u nżommuh fit-talb tagħna.”
Ħafna sellmu lil Kan. Mangion għall-ħidma pastorali tiegħu u għall-impenn kontinwu tiegħu fil-komunità, filwaqt li awgurawlu saħħa u aktar snin ta’ servizz.
Awguri!
Facebook/ Parroċċa San Ġorġ, Ħal Qormi