Jayden Lee Micallef, magħruf bħala kantant lokali kif ukoll wieħed mill-preżentaturi tal-programm Investigaturi Tal-Mużika, illum jaħbat għeluq sninu. Lil Jayden Lee rajnieh f’diversi kompetizzjonijiet mużika li lokali fosthom madwar sentejn ilu waqt Brillanti.

Ritratt: Youtube/ L-Investigaturi Tal-Mużika
Ommu Caroline kitbet messaġġ biex tawguralu f’din il-ġurnata speċjali. “Nawguralek f’għeluq sninek, Jayden. Kompli aħdem bis-sħiħ għal dak li trid u qatt taqta’ qalbek… int tagħmilni kburija ħafna kuljum. Aħna tant fortunati li aħna l-ġenituri tiegħek.”
Qasmet diversi ritratti għall-okkażjoni, fosthom meta kien għadu tfajjel ċkejken. Awguri minn qalbna Jayden Lee!
Youtube/ Brillanti