Il-Furjana Tissogra Li Titlef It-Titlu Bħala Rebbieħa Tal-Premier League Wara Protest Imressaq Minn Marsaxlokk FC

Jumejn ilu t-tim ta’ Furjana FC ġie ddikjarat bħala r-rebbieħ tal-kampjonat tal-Premier League wara li rebaħ partita finali kontra Marsaxlokk FC permezz ta’ gowl kontroversjali li qanqal dibattitu sħiħ.

Fl-isfond ta’ din il-kontroversja, dalgħodu t-tim ta’ Marsaxlokk FC ħabbar fuq il-midja soċjali li ressaq protest quddiem l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Malti hekk kif qed tisħaq li l-gowl deċiżiv skurjat fil-ħin supplimentari minn Furjana FC ma kienx wieħed validu.



It-tim ta’ Marsaxlokk FC sostna l-argument tiegħu billi rrefera għal waħda mir-regoli tal-kampjonat li tgħid li gowl ma jistax jiġi skurjat direttament minn throw-in.



Fl-istqarrija li ħareġ fuq il-midja soċjali, it-tim Xlukkajr temm jisħaq li huma jemmnu li dan il-gowl wassal għal “inġustizzja sportiva serja”.



Ritratti:

Facebook / Mark Mangion u Floriana FC

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI