Skont it-tbassir tat-temp tal-Uffiċju Meteroloġiku Malti, din il-ġimgħa mistennija tkun iddominata minn jiem xemxin fejn it-temperaturi matul il-ġurnata se jkunu qed madwar 24°C filwaqt li mbagħad fis-sigħat ta’ filgħaxija u ta’ matul il-lejl jinżlu xi ftit u jvarjaw bejn 16°C.

Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, minkejja li x-xitwa waslet fi tmiemha, il-gżejjer Maltin intlaqtu minn temp relattivament imsaħħab imżewwaq ukoll b’xi ħalbiet ħfief tax-xita.
Facebook / Discover Malta u Malta Weather