Il-kantant lokali Michael Bartolo Chircop kiteb awgurju mill-qalb għall-għażiża ommu, persuna li kontinwament isibha hemm għalih, u tappoġġjah f’kull mument.
“Awguri f’għeluq sninek lill-iktar persuna importanti f’ħajti. Grazzi Mamà, għal dak kollu li għamilt għalija u għall-familja tagħna, bqajt timbottani meta ħadd ma ried u dan ħalla l-frott.”
Michael japprezza l-imħabba ur-rispett li dejjem isib mingħandha, u jixtieq li hu wkoll jirreċiproka. “Inħobbok, Grazzi talli int l-aqwa omm li qatt kien hawn,” jagħlaq il-messaġġ.
Awguri mill-qalb lil omm Michael. Nawgurawlha ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem.