Illum nawguraw lill-preżentatur professjonali u dedikat immens, Keith Demicoli. Sa ftit snin ilu, lil Keith konna narawh fix-xena tal-ġurnaliżmu, hekk kif kien jippreżenta l-bulletin tal-aħbarijiet fuq TVM.
Maż-żmien, hekk kif temm dak l-irwol tiegħu, bdejna narawh jippreżenta programmi ikoniċi bħal TVAM u Shark Tank kif ukoll avvenimenti prestiġjużi bħal Mużika Mużika.
Bħalissa hu qed jippreżenta l-programm Tipping Point Malta, u t-tim ħa ħsieb jawguralu f’dan il-jum.
“Illum hija ġurnata speċjali… Awguri f’għeluq sninu lill-preżentatur meraviljuż tagħna, Keith! Grazzi talli ġġib l-enerġija, id-daħk u l-eċitament f’Tipping Point Malta kull serata. Nittamaw li jkollok ġurnata mill-aqwa, Keith.”
Awguri mill-qalb għażiż!
Facebook/ Mużika Mużika