Il-kantanta lokali Destiny Chukunyere, rebbieħa tal-Junior Eurovision Song Contest tas-sena 2015, u li rrappreżentatna wkoll fil-Eurovision Song Contest tas-sena 2021, illum tiċċelebra jum għeluq snin missierha permezz ta’ messaġġ sinċier u mill-qalb fuq il-paġna tagħha.
Flimkien ma’ żewġ ritratti gustużi, hi kitbitlu, “Awguri f’għeluq sninek missier. Inħobbok jien.”
Bosta fil-kummenti wkoll awgurawlu l-isbaħ xewqat. M’għandniex dubju li japprezza dawn il-kelmtejn mingħand bintu l-għażiża li hu tant kburija biha.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu f’din il-ġurnata speċjali u nisperaw li jgawdi din il-ġurnata kif jixraqlu mal-familjari u ħbieb tiegħu. Nawgurawlu għal sena oħra ta’ saħħa u hena. Awguri!
Facebook / Destiny Chukunyere