L-eċċellenza tagħha l-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca kitbet dwar il-prestazzjoni spettakolari li ġiet organizzata mill-Malta Trust Foundation. Kull tifel u tifla li pparteċipaw urew lil poplu Malti kemm għandhom talenti mill-isbaħ u l-President Emeritus tassew faħħrithom għall-ħiliet tagħhom.
Fuq il-paġna kitbet, “It-talent li għamel il-lejl memorabbli. Il-performers straordinarji tagħna xegħlu l-palk b’kunfidenza, passjoni u ferħ! Kull prestazzjoni rrakkuntat storja, u kull nota kienet tfakkira ta’ kemm it-talent tagħhom hu qawwi u ta’ ispirazzjoni.”
Tassew aħna kburin bit-tfal kollha li ħadu sehem u m’għandniex dubju li għandhom futur imżejjen b’opportunitajiet eċitanti għalihom. Prosit immens!
Facebook / Marie-Louise Coleiro Preca