F’Jum l-Omm, il-preżentatur u attur Karl Bonaci fakkar il-memorja ta’ ommu Doris li sfortunatament ħalliet din id-dinja ftit xhur ilu, sewwasew f’Novembru tas-sena li għaddiet.
Karl stqarr li għalkemm ommu m’għadhiex fostna madankollu għadha tgħix f’qalbu ta’ kuljum. F’messaġġ imqanqal li kiteb esprima l-gratitudni tiegħu lejn ommu għas-sagrifiċċji li għamlet għalih matul ħajjitha, it-tgħanniq li dejjem tatu kif ukoll il-kliem sabiħ li dejjem kellha lesti għalih.
“Min jaf… forsi veru qed tħares lejna minn hemm fuq, tieħu ħsiebna u tbissima żgħira tagħmel meta tara kemm għadna nħobbuk,” saħaq il-preżentatur Malti f’Jum l-Omm.
Facebook / F Living