Il-ġimgħa d-dieħla mistennija ġġib magħha taħlita ta’ jiem sħan u ħalbiet tax-xita.
Fil-fatt, filwaqt li matul il-maġġoranza tal-jiem hu mistenni temp sħun, kultant imsaħħab, min-naħa ‘l oħra, nhar l-Erbgħa hu mbassar li pajjiżna se jintlaqat minn xi ħalbiet tax-xita.
Dan skont ir-rapport tat-temp maħruġ mill-paġna Maltese Islands Weather li qed ibassru li t-temperatura bejn wieħed u ieħor matul il-ġimgħa se tkun qed tvarja bejn 16°C u 26°C.
Facebook / Malta Info Guide u Laila Kuningas