“Awguri Għażiża Tagħna F'Jum Twelidek. Mingħajrek M'aħna Xejn.” – Cherylis

Illum tiċċelebra għeluq sninha omm il-kantanta lokali Cherylis. Lil Cherylis rajnieha f’kull konkors lokali fosthom fil-Malta Eurovision Song Contest, f’Mużika Mużika, fl-Għanja tal-Poplu u fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza. F’dan il-jum għażiż tħalli messaġġ mill-qalb!

Cherylis tibda billi tgħid, “Awguri għażiża tagħna f’jum twelidek. Mingħajrek m’aħniex xejn!! Grazzi ta’ kollox! Dejjem insibuk hemm għalina anke jekk xi kultant tinsa lilek innifsek – basta tarana ferħanin u ma jonqosniex xejn.”

Hi tkompli, “L-imħabba tiegħek lejna hija l-isbaħ rigal li qatt stajna nirċievu u min hu qribek dan jafuh sew! Mara sempliċi imma bit-tbissima tiegħek timla’ ħafna qlub. Il-valuri u t-trobbija li tajtuni ser jibqgħu miegħi dejjem.”

Cherylis ittemm, “Inħobbok ħafna Ma – illum u dejjem – għal aktar avventuri, safar, kant u praspar. Minn għand il-familja kollha, Naala, Rocco, Milo.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ. Awguri għal sena mimlija saħħa, hena u paċi f’qalbek! 





Facebook / Cherylis



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI