“Awguri Għall-Anniversarju Tal-Fidda, Il-25 Wieħed, Għażiża Tiegħi” – Ivan De Battista

Ivan De Battista llum iċċelebra l-anniversarju tal-fidda mal-mara għażiża tiegħu Simone u b’hekk kitbilha messaġġ ta’ mħabba fuq il-paġna tiegħu.

Hu kitbilha, “llum, it-28 ta’ Mejju… bħal dal-ħin 25 sena ilu konna fis-sala tat-tieġ fl-aqwa tagħna. Konna diġà ftaħna l-mejda tal-BBQ! Il-Ħadd tat-tieġ… x’memorji sbieħ! Qisu lbieraħ! Vjaġġ li beda b’wegħda u kiber f’ħajja ta’ ħolm, imħabba, sfidi, u mumenti indimentikabbli.”

Żied jgħid, “Grazzi Simone talli kont l-aqwa ħabiba tiegħi u l-imħabba ta’ ħajti. Talli wkoll sirt l-omm tat-tfal tagħna! Is-saħħa, il-qalb tajba, u l-imħabba soda tiegħek għamlu kull pass ta’ dan il-vjaġġ eħfef u isbaħ. Bnejna ħajja sabiħa flimkien, mimlija mħabba, daħk, u rispett, li tissaħħaħ biss maż-żmien. Jiena grat għal kull mument u nħares ‘il quddiem għal ħafna aktar avventuri miegħek maġenbi. Awguri għall-Anniversarju tal-Fidda, il-25 wieħed, għażiża tiegħi.”

Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat!





Facebook / Ivan De Battista



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI