“Awguri Għas-60 Sena Tiegħek, U Awguri Għat-30 Anniversarju Taż-Żwieġ Tagħna” – Hilda Curmi B’Messaġġ Ta’ Awgurju Doppju Lil Żewġha

Jum doppju ta’ ċelebrazzjoni għal George Curmi Puse, hekk kif illum għalaq 60 sena filwaqt li flimkien ma’ martu Hilda qed jiċċelebraw ukoll 30 sena anniversarju taż-żwieġ tagħhom.

F’din l-okkażjoni speċjali, Hilda qasmet messaġġ emozzjonanti ddedikat lil żewġha, hekk kif esprimiet il-gratitudni tagħha għall-ħajja li bnew flimkien matul dawn it-tliet diċennji.

Hija rringrazzjat lil Alla għall-familja li rabbew flimkien u li għadha qed tkompli tikber, kif ukoll għall-memorji kollha li ħolqu, id-daħk li qasmu u l-isfidi li rnexxielhom jegħlbu flimkien.

Hilda saħqet ukoll, fuq l-imħabba li sostniethom tul kull kapitlu ta’ ħajjithom, kemm fil-mumenti sbieħ kif ukoll f’dawk aktar diffiċli. B’mod partikolarment sabiħ, wara 30 sena miżżewġin, Hilda qalet li “nerġa’ nagħżlek mill-ġdid”.

Temmet billi esprimiet it-tama u t-talba tagħha għal ħafna aktar memorji sbieħ flimkien ma’ wliedhom, in-neputi, il-familji u l-ħbieb tagħhom.

Aħna wkoll nawguralu l-isbaħ xewqat, kif ukoll għeluq l-anniversarju mill-isbaħ!

Ritratti:

Facebook/Hilda Curmi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI