"Awguri Kappillan." – L-Għaqda Mużikali Madonna ta' Lourdes San Ġwann Jgħaddu L-Awguri Tagħhom Lil Fr. Bertrand Vella

L-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann, b’sens ta’ gratitudni u rispett profond, tawgura lill-Kappillan ta’ San Ġwann, Fr. Bertrand Vella OFMCap, f’okkażjoni speċjali ħafna – għeluq l-10 snin mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.

F’dawn l-għaxar snin, Fr. Bertrand wera dedikazzjoni bla qies lejn il-ħidma pastorali u spiritwali tiegħu, billi kien dejjem preżenti b’kelma ta’ faraġ, b’sens ta’ tmexxija, u bi spirtu ta’ servizz lejn kull min iltaqa’ miegħu. Il-komunità tagħna f’San Ġwann kienet, u tibqa’, xxurtjata li għandha kappillan tant impenjat, ġenwin u qrib tan-nies.

Il-President u l-Kumitat Ċentrali, flimkien mal-kummissjonijiet kollha fi ħdan l-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes, jingħaqdu biex jgħidu, “Awguri mill-qalb lil Fr. Bertrand f’dan l-anniversarju sabiħ! Nitolbu lil Alla jkompli jimliek bil-grazzja u l-għerf tiegħu biex tkompli tkun għajn ta’ ispirazzjoni u tmexxija spiritwali fostna.”

Nawgurawlek aktar snin mimlija b’ħidma tajba, saħħa, paċi u sodisfazzjon, sabiex tkompli twettaq il-missjoni sabiħa tiegħek fost il-poplu ta’ Alla. Grazzi Kappillan tal-preżenza tiegħek fostna u għall-imħabba li turi fil-ħidma tiegħek ta’ kuljum.





Facebook / MA Photos – by Mario Aquilina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI