Illum huwa jum speċjali għall-Kan. Viċi-Arċipriet Dun Dillon Bugeja, hekk kif qed jiċċelebra għeluq sninu.
Il-Parroċċa San Bastjan f’Ħal Qormi wasslet l-isbaħ xewqat tagħha lil Dun Dillon f’dan il-jum, filwaqt li rringrazzjatu għas-servizz li kontinwament jagħti fi ħdan il-komunità parrokkjali.
“Filwaqt li nifirħu miegħu għad-don tal-ħajja, nirringrazzjawh tas-servizz li jagħti fil-Parroċċa tagħna,” kitbet il-Parroċċa. Żiedu jgħidu li se jkomplu jżommuh fit-talb tagħhom sabiex il-Mulej jibqa’ miegħu u jagħtih il-qawwa biex ikompli jaqdi lill-Knisja permezz tal-ministeru tiegħu.
Min-naħa tagħna Gwida.mt, nawguraw lil Dun Dillon l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.
Facebook/ Parroċċa San Sebastjan