João Marinho Neto, rikonoxxut bħala l-iktar raġel anzjan ħaj fid-dinja, għamel ġest mill-isbaħ għal Ethel Caterham (l-iktar mara anzjana fid-dinja) hekk kif din iċċelebrat għeluq il-117-il sena tagħha.
João, li għandu 113-il sena, ħejja kartolina speċjali għal Ethel biex jawguralha f’dan il-jum tant speċjali.Ethel irringrazzjat lil dawk kollha li bagħtulha x-xewqat sbieħ u qalet li minkejja li għandha 117-il sena, din is-sena xorta waħda esperjenzat diversi affarijiet għall-ewwel darba. Fosthom semmiet li messet lama u saħansitra żammet id ir-Re.
Hija kompliet tgħid li tinsab ħerqana biex tara x’se ġġib magħha s-sena li jmiss. Min-naħa tiegħu, João se jagħlaq 114-il sena fil-5 ta’ Ottubru. Huwa jemmen li s-sigriet wara l-ħajja twila tiegħu huwa li dejjem kellu lill-għeżież tiegħu qrib tiegħu u għex ħajtu mdawwar b’nies twajba.
Bla dubju nistgħu ngħidu li dan kien mument storiku tassew sabiħ bejn żewġ persuni mimlija għerf u esperjenza, li bejniethom għandhom xejn inqas minn 230 sena!
Facebook/ Unilad & Guiness World Records