Illum huwa għeluq snin l-eks Kummissarju Ewropew Malti għas-Sajd Karmenu Vella. Il-Ministru Anton Refalo kiteb messaġġ t’awguri fuq il-Facebook.
“Awguri lill-eks Kummissarju Ewropew Malti għas-Sajd Karmenu Vella f’għeluq sninu!” Kiteb il-Ministru Refalo.
“Kelli l-opportunità li nqatta’ ftit sigħat miegħu fuq l-Ocean Sentinel iktar kmieni dalgħodu, bastiment li jħares l-ibħra tagħna u jħares lis-sajjieda Maltin u Għawdxin – eżattament dak li ħadem u għadu jaħdem għalih. Awguri Karmenu!”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Karmenu Vella f’għeluq sninu.
Facebook / Anton Refalo