“Awguri Mill-Qalb Lill-Għeżież Maggie U Jobo Għall-55 Anniversarju Taż-Żwieġ!” – L-Attriċi Alison Abela Fl-Anniversarju Tal-Ġenituri

Alison, Joe u l-familja

Illum l-attur veteran Joe Borg u martu Mary jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom hekk kif iżżewġu propju bħal-lum 55 sena ilu.

Binthom Alison Abela kitbitilhom messaġġ fuq il-midja soċjali biex tawguralhom. Lil Alison rajnieha tinterpreta l-parti ta' Marija fis-sensiela Ta' Gerit u riċentament ta' Francesca waqt Qalbi.

"Awguri mill-qalb lill-għeżież Maggie u Jobo għall-55 anniversarju taż-żwieġ! 55 sena ta’ mħabba, għaqda, paċenzja, memorji sbieħ u familja mibnija flimkien. Intom l-isbaħ eżempju ta’ x’inhi l-imħabba vera u ta’ kif, flimkien, wieħed jista’ jegħleb kull sfida. INHOBBKOM."

It-tim ta' Gwida.mt jawguralhom mill-qalb!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI