Għaddew seba’ snin minn meta l-familja ta’ Enrica kellha tgħidilha addiju, iżda għal dawk li baqgħu jħobbuha, iż-żmien ma jidhirx li jnaqqas in-nuqqas tagħha.
F’jum li jfakkar il-memorja tagħha, l-MP Paula Mifsud Bonnici, qasmet messaġġ mill-qalb dwar in-neputija sabiħa tagħha, Enrica, li seba’ snin ilu ħalliet din id-dinja.
Mifsud Bonnici tistqarr, li minkejja l-mogħdija tas-snin, għad hemm mumenti li jħossuhom qishom kienu lbieraħ. Il-memorja ta’ Enrica tibqa’ ħajja permezz tat-tbissima sabiħa tagħha, id-daħka tagħha u l-post speċjali li kellha fil-qalb tal-familja.
“Mhux ġurnata waħda tgħaddi li ma tkunx f’moħħna, ma nimmissjawkx u ma nħobbukx,” esprimiet l-MP, hekk kif għalkemm ma baqgħetx magħhom fiżikament, iżda xorta għadha tinħass il-preżenza tagħha.
Illum, seba’ snin wara, il-familja tkompli tfakkar lil Enrica b’imħabba kbira, filwaqt li żżomm f’qalbha gratitudni għaż-żmien prezzjuż li kellha magħha, għax meta persuna tkun ħalliet marka tant profonda fil-qalb, is-snin jistgħu jgħaddu, iżda l-imħabba u l-memorji jibqgħu.
Facebook/Paula Mifsud Bonnici