“Awguri Żagħżugħ!” – L-MP, Ivan Castillo, Jawgura L-Isbaħ Xewqat Lin-Neputi Tiegħu Eric Hekk Kif Illum Jagħlaq Sninu

Il-Membru Parlamentari, Ivan Castillo jaqsam messaġġ fuq il-midja soċjali mimli emozzjoni, hekk kif jawgura lin-neputi tiegħu Eric f’għeluq sninu, u kemm jinsab kburi bil-persuna li qed jikber fiha.

Castillo qal, li aktar ma Eric qed jikber, aktar wieħed jista’ jara l-persuna li se jsir, u jekk kellu jiddeskrivih b’kelma waħda, din tkun "qalbu tajba". Huwa faħħar il-mod kif Eric jittratta lin-nies, il-kura li juri lejn dawk ta’ madwaru u l-qalb tajba li għandu.

Hu sostna wkoll li, għalkemm fil-ħajja jiġu ħafna kisbiet, dak li verament jgħodd huwa l-persuna li wieħed jagħżel li jkun. Għal Castillo, li jara lil Eric jikber f’persuna ġenwina, tajba u li tieħu ħsieb lill-oħrajn, ifisser aktar minn kull kisba oħra.

Fl-aħħar tal-messaġġ tiegħu, Castillo ħeġġeġ lil Eric biex qatt ma jieqaf juri l-qalb tajba tiegħu, kif ukoll biex jibqa’ jemmen fih innifsu u dejjem jiftakar kemm hu maħbub u speċjali.

F'isem it-Tim ta' Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u sena mimlija barka, hena u kuntentizza!

Ritratti:

Facebook/Ivan Castillo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI