Illum membru ieħor speċjali fil-familja ta' Amber qed tiċċelebra għeluq sninha., Il-kantanta lokali tfakkar din l-okkażjoni qasmet ritratti tagħhom flimkien, b'wieħed minnhom imur lura fis-snin meta kienu għadhom żgħar.
Ritratt ieħor naraw lil oħt Amber, Ruby, man-neputi Ġużi. Ċertament li kien mument indimentikabbli għal Ruby meta wasal Ġużi f'ħajjithom, u għamilha zija! Amber tikteb, "Awguri Zija Ruby! Happy Lucky Birthday sabiħa tagħna, inħobbuk ħafna."
Kienu bosta li kkummentaw biex jawguraw lil oħt Amber f'għeluq sninha. Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawl lil Ruby f'din l-okkażjoni speċjali tal-lucky birthday!