Bħal-Bieraħ 474 Sena, Għawdex Ġarrab Attakk L-Iktar Qalil Mill-Kursari – Waħda Mill-Iktar Paġni Suwed Fl-Istorja Ta’ Għawdex

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The National Archives of Malta kitbu dwar parti mill-aktar paġni skuri fl-istorja ta’ Għawdex li ġrat bħal-bieraħ 474 sena.

Bdew billi qalu, “26 ta’ Lulju 1551. Illum Għawdex ifakkar waħda mill-iktar paġni suwed fl-istorja tiegħu. Bħal-lum 474 sena, Għawdex ġarrab attakk l-iktar qalil mill-kursari. Minħabba nuqqas ta’ interess mill-Kavallieri ta’ San Ġwann, fortifikazzjoni dgħajfa, nuqqas ta’ armamenti u munizzjon, l-Għawdxin kienu kostretti jċedu u bosta ttieħdu fil-jasar.”

Żiedu jgħidu, “Baqgħet tissemma l-istorja ta’ Bernardo de Opuo suldat fil-Kastell ta’ Għawdex li fid-disperazzjoni tal-mument qatel lil martu u wliedu biex ma jitteħdux fil-jasar. Miet b’mod qalbieni jiġġieled kontra t-Torok. Din l-istorja ġiet immortalizzata fi stampa tal-artist Robert Caruana Dingli fil-ktieb Outlines of Maltese History ta’ Salvatore Laspina.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI