Il-Ministru Miriam Dalli sellmet il-memorja ta' Niravana Ciavola Azzopardi, li ħalliet din id-dinja bħal-bieraħ 9 ta' Ottubru 2013. Nirava hi mara li ħalliet impatt kbir mhux biss bħala preżentatriċi u personalità televiżiva, iżda anke bħala mara ta' kuraġġ kbir u ispirazzjoni.
Ritratt: Facebook/ Miriam Dalli
Miriam kitbet, "Bħal-lum 10 snin ilu Nirvana. Jinħass wisq in-nuqqas tiegħek... Qatt minsija." Kien hemm bosta li sellmu l-memorja tagħha fejn anke nxterdu xi kliem li kitbet fl-aħħar ittra tagħha, li baqgħu f'qalb kull min qrahom.
“L-ewwel kliem ta’ pariri li nixtieq naqsam miegħek hu li ma tistenniex sakemm timrad biex tgħid lin-nies li tħobb kemm tħobbhom. Anzi aħjar milli tgħidilhom, urihom. Qatta' l-ħin magħhom. Iktbilhom noti żgħar, ixtrilhom rigali żgħar, tihom sorpriża, agħtihom tgħanniq u bews u pprova kun hemm għalihom, ikun x’inhu li għandhom bżonn.”
Niravan tkompli, "Aħfer, poġġi x-xogħol f'perspettiva, waqqaf it-tipjip, ħobb lilek innifsek, tistressjax, afda l-istint tiegħek u għodd il-barkiet tiegħek."
Strieħ fis-sliem għażiża. Għal dejjem f'qalbna.