"Bħal-Lum Disa’ Snin Ilu Żżewiġna U Kull Ġurnata Li Tgħaddi Ngħid Kemm Aħna Xxurtjati Li Sibna Lil Xulxin" – Justin Farrugia

Il-produttur lokali Justin Farrugia, wieħed mill-imħuħ wara Sharp Shoot Media, u l-mara tiegħu Angelle illum jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom. Justin biex ifakkar dan il-jum għażiż, jaqsam żewġ ritratti mill-ġurnata tat-tieġ u jikteb kelmtejn qosra.

Hu jikteb, “Qisu lbieraħ Angelle Farrugia. Bħal-lum disa’ snin ilu żżewiġna u kull ġurnata li tgħaddi ngħid kemm aħna xxurtjati li sibna lil xulxin. L-anniversarju t-tajjeb qalb!”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Justin u lil Angelle l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom aktar snin ta’ mħabba, għożża u kuntentizza flimkien. Sabiħ li tapprezza lil xulxin u f’jum speċjali bħal dan tiċċelebra l-imħabba li tkun bnejt tul is-snin.

Awguri!





Facebook / Justin Farrugia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI