Proprju bħal-lum sena bosta tħallew maħsuda wara li ħarġet l-aħbar li ħalla din id-dinja l-kantant Joe Cutajar.
Joe jibqa' magħruf l-iżjed għas-sehem tiegħu fil-Eurovision lura fl-1972 fejn irrappreżenta lil pajjiżna bil-kanzunetta 'Imħabba' flimkien ma' Helen Micallef. Hu kien ukoll fost l-ewwel kantanti li qatt irrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision.
Wara diversi snin huma kienu wkoll reġgħu kantaw din il-kanzunetta li ċertament serviet ta' nostalġija għal bosta li għadhom jiftakruha.
Matul il-karriera mużikali tiegħu, Joe kien jiġi mistieden regolarment f'diversi stazzjonijiet tar-radju u anke fit-televixin lokali fejn kien jattira l-attenzjoni ta' udjenza vasta bis-saħħa tat-talent tiegħu.
Strieħ fis-sliem, Joe!
Sors: M3P / Joe Cutajar