Bħalissa: Apple Tiżvela l-Mudel il-Ġdid tal-iPhone!

Bħalissa l-kumpanija Apple qiegħda tħabbar l-prodotti l-ġodda tagħha fit-teatru ta’ Steve Jobs. Kull Settembru l-ammiraturi tal-Apple jkunu ħerqana biex jaraw l-mudell il-ġdid tal-iPhone. Ix-xandira bdiet fis-7 ta' filgħaxija. S'issa l-kumpanija għadha kemm żvelat dawn l-affarijiet.

"L-iPhone biddel kif ngħixu, biddel l-industrija u aħna irridu nibqgħu nagħmluh tajjeb u itjeb minn qatt qabel" Tim Cook

L-iPhone 11 ser ikollu camera speċjali li tista tieħu wide shots bħal ma ħabbarna ftit ilu. Il-Kamera ser tkun parti mil-ħġieġa ta' wara! Meqjuż bħala l-aktar ħġieġa b'saħħitha li qatt saret fuq smartphone. Iż-żewġ kamera huma 12Mp, waħda minnom hija Wide Camera u l-oħra hija Ultra Wide Camera. Il-vidjo li tista tieħu b'dan iPhone ser ikun l-aqwa kwalita. 

Il-kamera ta' quddiem ser tkun tista tieħu videos b'reżoluzzjoni 4K u ser tkun tista tuża s-servizz ta' slow motion. Dan l-iPhone ser ikollu siegħa aktar mill-aħħar iPhone li ħareġ.

F'din is-serata, Apple ħabret iPad ġdida! is-7 ġenerazzjoni ta' iPad li qedgħin jipromovuha bħala aqwa minn laptop għax tgħaġġel id-doppju!

L-Apple Watch ukoll issemma! Jidher li l-Apple Watch. Ħafna minn nies irringrazzjaw lil kumpanija Apple għax dan l-arloġġ salvalhom ħajjithom! Kien hemm persuna bi profil tal-Awtiżmu beda juża dan l-arloġġ biex jisma' d-diski waqt li qed jiġri u qed iġiegħlu jiffoka aktar.

Il-5 serje tal-apple watch ġiet żvelata! Il-ħin ser ikun dejjem jidher għal-kuntrarju ta' kif qiegħed l-apple watch bħalissa li trid tgħolli jdejk biex tkun taf il-ħin. Dan ifisser li l-batterija xorta ser tibqa b'saħħita u ser isservi madwar 18'il siegħa. Jidher li dan l-arloġġ ser ikollu kumpass li ser iservi tajjeb għal min jivjaġġa u juża dan il-gadget. Ħaġa interessanti hi f'dan il-mudell hi li ser ikun jista jċempel lil emerġenza mingħajr użu tal-iPhone. Dan ifisser tkun fejn tkun tista ċċempel kemm tafgħas buttuna fuq dan l-arloġġ. 

Il-kumpanija tkellmet fuq Apple Arcade u fuq Apple TV+. L-aħħar servizz, Apple ħabret 3 serje differenti li ser jibdew dalwaqt. Wieħed minnhom jismu 'Morning Show' u ser tieħu sehem Jennifer Anniston. Dan ser ikun l-ewwel serje li ħa tieħu sehem wara Friends. Tħabbar ukoll serje ġdid mill-kreaturi ta' Hunger Games li ser tkun esklussiva għal Apple TV+. Storja interessanti bl-isem ta' 'SEE' fejn hemm soċjeta li huma kollha neqsin mid-dawl imma jitwieldu żewġ trabi li ser ikunu jaraw. 

Fl-1 ta' Novembru ser jibda dan is-servizz u ser ikun jiswa €4.99 kull xahar għall-familja kollha. Min ser ikun qed jixtri l-prodotti tal-Apple ser ikun qed jingħata l-ewwel sena ta' Apple TV+ b'xejn. 

Ritratti mis-serata tal-Apple li qed tixxandar fuq Apple.com

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI