B'Filmati Esklussivi: Żewġ Sorpriżi Fit-Tieġ Ta' Mark U Karen – Waħda Mill-Għarusa Għall-Għarus!

Meta kantanta tiżżewweġ kompożitur tistenna li l-element tal-mużika b’xi mod jew ieħor ħa jidħol fiċ-ċelebrazzjoni tagħhom. Fil-quddies, l-omelija kienet ibbażata fuq sinfonija tal-mużika li tinstema’ sabiħa jekk ir-rabta tal-kliem mal-kompożizzjoni tkun waħda b’saħħitha u daqshekk hi l-imħabba. Kif ħabbarna dalgħodu HAWN, Mark Scicluna u Karen DeBattista lbieraħ qalu s-signor si.

Karen, iddeċidiet li tkanta kanzunetta lill-maħbub tagħha fil-ġurnata speċjali tagħhom. Il-kanzunetta li għażlet kienet I’ll Be Waiting For You iżda din il-kanzunetta spiċċat qatt ma tkantat fit-tieġ tagħhom.



<!– Advert ends in 0 seconds –> Skip Ad in 5 seconds Skip Ad

Dan għaliex Karen, minn wara dahar Mark ikkomponiet kanzunetta fuq lirika tal-kollega tagħha Paul Ellul. Din kienet l-ewwel kompożizzjoni tal-kantanta weħidha u ddeċidiet li tagħmel dan bħala sorpriża lill-maħbub tagħha Mark li jidher li ħa gost bis-sorpriża.



Iżda din ma kinitx l-unika sorpriża waqt it-tieġ. Il-koppja ddeċidew li l-ewwel żifna tagħhom għandha tkun għal kanzunetta li ħadmu fuqha huma stess. B’hekk qabdu lill-ħabib kbir tagħhom Emil Calleja Bayliss jikteb il-lirika u l-għarajjes malajr raw kif żewqu dawk il-kliem ma’ melodija mill-isbaħ flimkien.



<!– Advert ends in 0 seconds –> Skip Ad in 5 seconds Skip Ad

L-aħħar pass kien li jqabdu l-kantanti li kien ħa jkollhom ikantawlhom fit-tieġ biex jinterpretaw din il-kanzunetta ladarba Karen kienet se tkun qed tiżfen. Pamela Bezzina u Glen Vella li kienu qed janimaw lill-mistednin interpretaw il-kanzunetta Biswitek għall-ewwel żifna tal-kopja waqt it-tieġ tagħhom.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI