Muscat Motors fuq il-mezzi soċjali tagħhom, iħabbru l-mewta ta’ wieħed mill-kollegi tagħhom. Huma jiktbu, “B’niket profond inħabbru t-telfa tal-General Manager maħbub tagħna, Henry Scicluna. Henry ma kienx biss maniger f’Muscats Motors, imma kien parti mill-qalba tal-kumpanija tagħna.”
Huma jżidu, “B’aktar minn 30 sena ta’ dedikazzjoni, passjoni u impenn bla waqfien, Henry kellu sehem kbir fit-tiswir ta’ Muscats Motors kif inhi llum.”
Ma’ dan il-kliem sabiħ jgħidu wkoll, “Bħala entużjast ta’ veru, Henry kellu mħabba speċjali għall-muturi u għall-industrija tal-karozzi. L-enerġija tiegħu, l-intelliġenza qawwija u l-ġentilezza tiegħu messu l-ħajjiet ta’ kull min kellu x-xorti li jsir jafu – kollegi, klijenti u ħbieb.”
Muscat Motors itemmu, “Se nitilfu ħafna, u l-wirt tiegħu jibqa’ għal dejjem parti mill-istorja tagħna. Il-ħsibijiet tagħna huma mal-familja tiegħu f’dawn il-mumenti diffiċli. Strieh fil-paċi, Henry.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi sinċiera tagħna lill-familjari, kollegi, qraba u ħbieb. Strieħ fil-paċi ta’ dejjem Henry.