Il-paġna uffiċjali ta’ Campus 103.7 ħabbru li se jibda programm ġdid immexxi minn Prof. Andrew Azzopardi, kull nhar ta’ Sibt bejn id-disgħa u nofsinhar.
Kitbu, “B’sodisfazzjon inħabbru l-programm il-ġdid ‘Andrew fuq Campus 103.7’ immexxi minn Prof. Andrew Azzopardi.”
Żiedu jgħidu, “Il-programm se joffri perspettiva friska, dinamika u kontroversjali fuq l-aħbarijiet u s-suġġetti tal-ġurnata. Se jindirizza firxa wiesgħa ta’ temi, u jinkoraġġixxi diskussjoni miftuħa u stimulanti li tirrifletti d-diversità u l-kumplessità tas-soċjetà Maltija. Segwi ‘Andrew fuq Campus 103.7’ kull nhar ta’ Sibt mid-9:00 a.m. sa nofsinhar.”
Nawguraw lil Prof. Andrew Azzopardi għal din l-opportunità ġdida u eċitanti! M’għandniex dubju li se jkun programm interessanti ferm!
Facebook / Andrew Azzopardi u Campus 103.7