Jiġu estiżi l-skemi eżistenti fuq xiri u bejgħ ta’ propjetà. L-iskemi fit-tnaqqis fit-taxxa tal-boll għall-First Time Buyers; għas-Second Time Buyers; għal xiri ta ’propjetà vakanti fl-Urban Conservation Areas (UCA); xiri ta’ propjetà f’Għawdex; kif ukoll l-iskemi ta’ rifużjoni ta’ spejjeż fuq xogħol ta’ restawr.
Imma l-aktar ħaġa sabiħa hi fil-każ tal-First Time Buyers, minn għada, se jkunu eżenti mit-taxxa tal-boll fuq l-ewwel mitejn elf ewro (€200,000) minflok fuq l-ewwel mija u ħamsa u sebgħin elf ewro (€175,000).
Ir-rata mnaqqsa ta’ 3.5 fil-mija, fejn jidħol xiri ta’ dar fejn wieħed joqgħod, anki jekk mhux first time buyer, u għal dawk li diġà jgħixu ġo dar li titħalla lilhom b’wirt, se tkun applikabbli wkoll fuq l-ewwel mitejn elf ewro (€200,000).