“Bagħtitli Dan Il-Voice Note U Ħasditni” – Johan Mifsud Jirċievi Messaġġ Ħelu Mingħand Nanntu

Fuq il-paġna tiegħu, Johan Mifsud qasam messaġġ ħelu li rċieva mingħand nanntu l-għażiża.

“Bagħtitli dan il-voice note u ħasditni,” stqarr Johan. “Nanna tiegħi l-imħabba tiegħek se nġorrha sal-aħħar nifs ta’ ħajti. Inħobbok ħafna qalbi… qas għandi kliem biżżejjed biex nispjega kemm…”

Fil-messaġġ li bagħtitlu, nanntu qaltlu, “Prosit Johan, dawk il-messaġġi kollha qrajthom. Fl-erbgha u nofs ta’ filgħodu qomt biex nara x’ħin hu, u meta rajt il-kitba tiegħek qgħadt naqraha u prosit ħafna. Kompli sejjer kif inti sejjer.”



Imħabba tassew ġenwina u bla kundizzjoni mingħand nanntu. Kemm hu sabiħ li tirċievi mħabba b’dan il-mod!



Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti mingħand persuni jesprimu kemm iħobbu lil nannithom huma wkoll, għaliex l-imħabba tgħaqqadna lkoll flimkien.



Ritratti:

Facebook / Johan Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI