Il-programm FIXFIXOW, sar il-favorit ta’ ħafna. Ippreżentat mill-kariżmatiċi, Ron Briffa u Jacqui Losco, dan il-programm introduċa sensiela ta’ karattri umoristiċi.
L-isketches umoristiċi ta’ dan il-programm saru popolari ħafna, mhux biss live waqt il-programm imma anke permezz ta’ diversi reels fuq Facebook fejn ġibdu l-attenzjoni ta’ ħafna.
Sfortunatament, il-programm wasal fit-tmiem. “Sinjuri, nilqgħukom għal-aħħar programm ta’ FIXFIXOW,” kitbet il-paġna tal-Facebook tal-programm. “Nhar il-Ħadd, 24 ta’ Mejju, fid-9:15pm fuq TVM.”
Fl-aħħar programm se jkun hemm ukoll Stephen Mifsud, Sander Agius, JD Patrick, Christine Francalanza u Carlos Farrugia.
Facebook / Fixfixow