“James Tabone Qed Jiġi Mfittex Fuq Ordni Tal-Maġistrat” – Il-Pulizija Ta’ Malta

Il-Forza tal-Pulizija ta’ Malta appellaw għall-għajnuna tal-pubbliku permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, biex jinstab James Tabone, li bħalissa qed jiġi mfittex mill-pulizija.

Huma kitbu fuq il-paġna, “James Tabone qed jiġi mfittex fuq ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ li hemm għaddejjin fil-Qorti.”

Żiedu jgħidu, “Kull min għandu xi informazzjoni dwaru, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 30/2026.”



Nappellaw biex kull min għandu xi informazzjoni jgħaddiha lill-pulizija fuq dawn il-mezzi msemmijin hawn fuq. Nirringrazzjaw lil kull min qed jagħti l-għajnuna tiegħu biex jinstab.





Ritratti:

Facebook / The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI