4,000 nagħġa u mogħża mietu wara li vapur tal-merkanzija ħa n-nar u għereq ‘il barra mill-kosta tal-Oman. Il-vapur tal-merkanzija, MSV Haji Ali, kien qed jivvjaġġa mill-port ta’ Berbera fis-Somalja lejn Sharjah fl-Emirati Għarab Magħquda.
Il-vapur intlaqat minn attakk immirat mill-ajru. Hekk kif in-nar infirex madwar il-bastiment, il-membri kollha tal-ekwipaġġ ġew salvati mill-Gwardja tal-kosta tal-Oman… iżda ma kien hemm l-ebda tentattiv biex jiġu salvati l-annimali abbord.
Il-vapur malajr imtela bin-nar u d-duħħan, imbagħad għereq. L-annimali nqabdu taħt id-‘deck’ mingħajr ebda mod kif jaħarbu. L-annimali kollha mietu bin-nar, bid-duħħan jew għerqu.
Dan id-diżastru reġa’ qajjem tħassib dwar l-esportazzjoni ta’ annimali ħajjin.